Il-Malta Trust Foundation ta’ bħala donazzjoni għadd ta’ maskri protettivi. Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca ppreżentati din il-donazzjoni lill-Prim Ministru Robert Abela.
Hija qalet li din id-donazzjoni setgħet issir permezz tad-donaturi Ċiniżi William Zeng, Nicole Yang u Li Hua.
Il-President Emeritu qalet ukoll li għadd ta’ maskri protettivi ġew mogħtija lil 14-il dar tal-Knisja u tal-Ordnijiet Reliġjużi, General Practitioners Association, YMCA Malta, Foodbank LifeLine Foundation, Malta Red Cross, il-Kurja ta’ Malta, Active Aging and Community Care, id-Djar ta’ Fondazzjoni Nazareth, Fondazzjoni Arka, Dar il-Hena, Caritas, Dar l-Emigrant, Foundation for Social Welfare Services u Aġenzija Sapport.
>