MRO 2019: Technology & Gadgets Expo, l-avveniment annwali ewlieni ta’ Malta għad-disinn, it-teknoloġija u l-edukazzjoni, se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali bejn l-10 u t-12 ta’ Mejju.
L-avveniment ilaqqa’ flimkien istituzzjonijiet edukattivi, intrapriżi u aġenziji mmexxija mit-teknoloġija u l-innovazzjoni, kif ukoll esibituri privati, filwaqt li jospita ukoll diversi avvenimenti lokali u internazzjonali, kompetizzjonijiet, sfidi u wirjiet.
Il-kunċett tal-2018 li kien suċċess, din is-sena, se jitjieb. L-avveniment se jkun estiż fuq aktar minn 8,500 metru kwadru ta’ spazju fl-MFCC. Se tkun introdotta mill-ġdid iż-żona esterna għall-esibituri, kif ukoll disinn ġdid għall-palk ewlieni.
Fost l-attivitajiet ewlenin ta’ din is-sena wieħed isib il-Malta Junior League, fejn kulħadd hu sorpriż bil-parteċipazzjoni massiva ta’ aktar minn 400 student, u l-isfida SUMO b’parteċipazzjoni rekord ta’ 35 tim.
Wieħed mill-għanijiet tal-avveniment fl-2019 hu li jtejjeb id-demografija tal-viżitaturi billi jattira diversità akbar ta’ viżitaturi. L-Expo tal-Karrieri Diġitali (Digital Careers Expo) se tkun immirata għal żagħżagħ li qed ifittxu tagħrif dwar opportunitajiet ta’ xogħol fl-industrija diġitali.
L-MRO – D&T Expo se juri l-aħħar proġetti prototipi ta’ teknoloġija u innovattivazzjoni ta’ studenti tad-Disinn u t-Teknoloġija minn skejjel madwar Malta u se jospita l-isfida DIYBot, għal dawk li għandhom aspirazzjoni għolja ta’ rocket launcher ‘live’ jew jagħtu wirja ta’ robots avvanzati oriġinali.
L-MRO hi kburija li f’din l-edizzjoni qed naħdmu ma’ Gadgets™, il-brand Maltija għat-teknoloġija, biex tintroduċi l-Gadgets Expo.
Id-dħul hu b’xejn. L-avveniment ta’ din is-sena hu l-ikbar u l-aktar edizzjoni eċċitanti s’issa, b’firxa ta’ kompetizzjonijiet, workshops u preżentazzjonijiet għall-familja kollha.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju: 16.00 sa 22.00
Is-Sibt 11 ta’ Mejju: 9.00 sa 22.00
Il-Ħadd 12 ta’ Mejju: 9.00 sa 18.00
Il-Malta Robotics Olympiad hi ffinanzjata u organizzata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi, hi imħaddma minn Go plc, f’kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni u bl-appoġġ siewi ta’ diversi sponsors.