Fi stqarrija, il-Malta Public Transport laqgħet b’sodisfazzjon il-proġett Slow Streets li ġie mniedi minn Transport Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, imniedi aktar kmieni din il-ġimgħa.
Dan il-proġett qed jippromovi l-użu ta’ mezzi ta’ transport sostenibbli fiċ-ċentri tal-bliet u l-irħula madwar Malta.
Konrad Pulé, uffiċjal tal-Malta Public Transport qal li l-inizjattiva hija importanti għaliex se tħalli impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja, li jkun komplimentat minn transport nadif u sigur għall-kommunità.
L-uffiċjal tal-Malta Public Transport qal li tul il-pandemija ġie nnutat kif it-transport pubbliku jista’ jkun wieħed effiċjenti.