Il-Malta Polo Club se jorganizza attivita’ nhar is-Sibt li ġej bl-isem ta’ Polo For A Cause.
L-attivita’ se tibda f’nofsinhar fejn żewġ timijiet femminili Team Marion Mizzi u Team Dean Gera Salons se jilagħbu kontra xulxin.
Team Marion Mizzi se jkun magħmul minn Abbie Louise Bailey, Ella Rose Parker, Emma Aquilina u Petra Vella filwaqt li Team Dean Gera Salons se jkollu lil Sophie Busuttil, Serena Galea, Rebecca Gera u Gillian Gatt Pace More.
Wara din il-logħba se jkun hemm attivitajiet ta’ divertiment għal kulħadd.
L-għan ta’ din l-attivita’ hu sabiex jiġbor fondi għal Europa Donna Malta, organizzazzjoni li tgħin lil dawk il-familji u individwi li għaddejjin minn problemi relatati mal-marda tal-kanċer.
Din l-attivita’ se ssir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta. Id-dħul huwa b’xejn iżda kulħadd hu mħeġġeġ jagħti donazzjoni għal din il-kawża ġusta.

