Membri mill-grupp The Malta Peakers jinsabu fi triqthom lejn l-Iskozja biex is-Sibt li ġej jitilgħu l-ogħla muntanja fl-Iskozja, il-Ben Nevis. Nancy Portelli Vella, waħda mill-parteċipanti spjegat kif dan qed jagħmluh sabiex jinġabru fondi għal Bloodwise, organizzazzjoni li taħdem fuq riċerka għal kura tal-kanċer tad-demm.
Ser nitilgħu l-muntanja ben nevis li hija l-ogħla muntanja fir-renju unit. hija xi ħaġa li qatt m’għamilna u għalhekk iddeċidejna li nidħlu għal din l-isfida. Għamilna wkoll fundraising sabiex id-donazzjonijiet imorru kollha għall-bloodwise.
Anneliza Grech, parteċipanta oħra qalet li l-grupp Malti ilu jiffunzjona għal dawn l-aħħar sentejn u tista’ tiddeskriviha bħala għaqda ta’ nies li jixtiequ jsiru verżjoni aħjar tagħhom infushom permezz ta’ sfidi li jagħmlu lilhom infushom.
Il-my peak challenge hija inizjattiva internazzjonali li kien waqqafha sam heughan awtur popolari tas-serie outlander. Bażikament tinvolvi li bniedem jidħol fiha biex jisfida lilu nnifsu biex isir persuna aħjar. tiffoka ħafna fuq aspett ta’ saħħa aħjar u li tiekol aħjar pero il-fulcrum tagħha huwa li dak li jkun jagħmel sfida għalih innifsu.
One News tkellem ukoll ma’ Christine Dimech li spjegat kif the Malta Peakers huma parti minn inizjattiva li twaqqfet fl-2015 mill-attur ewlieni tas-sensiela televiżiva popolari Outlander, Sam Heughan li xtaq li jispira lin-nies li jsegwuh biex b’xi mod jagħmlu l-ewwel pass biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom filwaqt li jgħinu lil ħaddieħor – għaqda li internazzjonalment tħaddan aktar minn għaxart elef membru.
Il-Malta Peakers huma l-membri maltin fi ħdan il-my peak challenge. Preżentament qegħdin disa’ u għoxrin membru wara li s-sena li għaddiet konna biss ħamsa, din is-sena kbirna b’dan l-ammont. Fiha bħala grupp aħna niltaqgħu ta’ spiss biex nagħmlu attivitajiet fiżikali, nagħtu support lil xulxin. Għandna facebook page bejnietna fejn fiha ngħidu wkoll xi progress qed nagħmlu fl-isfidi tagħna.