It-Tnejn 19 ta’ Awwissu kienet ġurnata importanti għall-Malta Football Referees Association (MFRA). Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni, il-membri ħatru kumitat ġdid għall-istaġun 2019-2020. Dan il-kumitat huwa kompost minn:
- Mario Apap – President,
- Trustin Farrugia Cann – Viċi-President,
- Ishmael Barbara – Segretarju Ġenerali,
- Luke Portelli – Teżorier.
Filwaqt li Pierre Bonnici, William Debattista, Kurt Saliba, Mitchell Scerri u Fyodor Żammit huma membri fl-istess kumitat.
Il-kumitat il-ġdid irringrazzja l-amministrazzjoni tal-MFRA preċedenti mmexxija mis-Sur Alexie Tabone, għall-ħidma tagħha matul l-aħħar snin.
Fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala president ġdid tal-Assoċjazzjoni, is-Sur Mario Apap, stqarr li l-ewwel prijorita ta’ dan il-kumitat ser tkun it-trankwillita u l-għaqda fost il-membri tagħha.