Il-Malta Dockers Union qalet li kellha diversi taħdidiet kontinwi u intensivi kemm mal-awtoritajiet portwarji kif ukoll mat-Terminals u uffiċjali governattivi, hija qalet dan fi stqarrija.
Dan sabiex taċċerta ruħha li tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-membri tagħha fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-Coronvirus meta l-ħaddiema tagħha jitilgħu fuq bastimenti merkantili li jidħlu fil-portijiet Maltin.
Dawn il-laqgħat ġew konklussivi fuq nota pożittiva hekk kif bir-rieda ta’ kullħadd waslu għal għan ewlieni dak li kienet qed tisħaq il-union jiġi mwettaq.
Għaldaqstant is-sitwazzjoni fil-portijiet reġgħet ġiet lura għan-normal hekk kif dan il-ftehim ġie milħuq.
Il-Union tixtieq tirringrazzja lil kull min kien involut f’dawn it-taħditiet u tħares ‘il quddiem għal iżjed ħidma effettiva fil-portijiet Maltin.