Waqt il-laqgħa ġenerali annwali ta’ din is-sena 2022, il-membri tal-Malta Bowling Association (MBA), li qabel kienet magħrufa bħala l-“Malta Tenpin Bowling Association” (MTBA), eleġġew kumitat eżekuttiv ġdid li ser ikun immexxi mill-President elett b’maġġoranza kbira, Edward Mifsud.
Edward Mifsud u Melchior Vassallo huma uċuħ ġodda fl-assoċjazzjoni. Huma jemmnu li l-ħidma tagħhom, mal-bqija tal-membri fi ħdan din il-komunità sportiva, taf tittejjeb l-esperjenza sħiħa lejn in-nies rikonoxxuti fl-isport tal-bowling f’Malta u wkoll lejn in-nies li jixtiequ juru interess fl-attività.
Il-Viċi President Ian Vella u l-PRO Kyle Patrick Camilleri huma ż-żewġ membri ġodda oħra fil-kumitat riformat. Camilleri, li għad għandu biss 20 sena, huwa l-iżgħar membru mit-tim.
Mifsud ser imexxi dan il-kumitat għal terminu ta’ sentejn, sal-elezzjoni skedata fl-2024. Il-kumitat komplut huwa dan:
President: Edward Mifsud
Viċi President: Ian Vella
Segretarja Ġenerali: Liliana Spiteri
Teżorier: Giancarlo Tolu
PRO: Kyle Patrick Camilleri
Membri tal-Kumitat: Hubert Camilleri, David Fenech, Mark Spiteri, u Melchior Vassallo.