Il-Malta Blackball Federation ħabbar l-iskwadri tal-plejers Maltin li se jkunu qed jikkompetu fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 li se ssir fi Bridlington bejn il-5 u s-16 t’April.
B’kollox hemm se jkun hemm seba’ kategoriji li se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni li ntgħażlu wara numru ta’ tournaments ta’ kwalifikazzjoni li ntlagħbu f’dawn l-aħħar ġimgħat.
It-tim A tal-irġiel se jkun magħmul minn Johan Attard, Clayton Castaldi, Leon Azzopardi, Glenn Axiaq, Philip Coleiro, Clint Azzopardi u Gary Carr bil-kowċ li se jkun Clevion Micallef.
Mill-banda l-oħra, it-tim B tal-irġiel għandu lil Miguel Mizzi, Alessio Magro, Deacon Formosa, Shaun Attard, Brandon Bonnici u Luke Said bil-kowċ li se jkun Lee Ryan Darmanin.
It-tim ta’ taħt il-15-il sena se jkollu lil Nick Muscat, Jake Castaldi, Denzel Falzon u Dielyn Edwards b’Robert Attard li se jkun qed imexxihom.
Nordai Desira, Casdy Vella, Chaylon Castaldi, Steven Muscat, Matthias Debono u Neil Caruana se j iffurmaw it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena bil-kowċ li se jkun Kyle Zammit.
Sadanittant il-kowċ Malcolm Parnis għandu lil Stephen Mangion, Lee Grima, Shawn Galea, Duncan Edwards, Conrad Catania u Mario Scicluna li se jkunu l-plejers li jiffurmaw it-tim A tas-seniors.
Min-naħa l-oħra fit-tim B tas-seniors, il-kowċ Christopher Busuttil se jkollu lil Sandro Bartolo, Cajetan Fauzza, Robert Bugeja, Jonathan Vella, Wayne Cassar u Mario Felice.
Il-Malta Masters se jkollhom lil Brian Grech, Antoine Aquilina, Jason Mangion, Johan Grixti, David Zammit u Jesmond Schembri bil-kowċ li se jkun Ishmael Hatherly.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball tieħu l-opportunità sabiex tirringrazzja lil SportMalta għall-assistenza finanzjarja tagħha sabiex il-Kontinġent Nazzjonali seta’ jipparteċipa f’dawn il-Kampjonati permezz tal-International Participation Scheme li din l-entità iżżomm minn sena għal sena sabiex tassisti mhux biss lill-Malta Blackball Federation iżda organizzazzjonijiet sportivi oħra ġewwa pajjiżna.