Il-Malta Billiards and Snooker Federation se jospitaw l-ewwel kampjonat dinji tal- World Snooker Federation fid-Dolmen Hotel f’Bugibba.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-gvern hu mpenjat li jgħin lill-assoċjazzjonijiet bħall-MBSA minħabba li avvenimenti bħal dawn jgħinu lit-turiżmu sportive f’Malta. Huwa wera wkoll li fil-futur qarib, Malta se jkollha l-Akkademja tas-Snooker tagħha stess.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-president tal-MBSA Frans Bugeja qal li kien ta’ unur li l-assoċjazzjoni Maltija se tkun qed tospita dan il-kampjonat li mhux biss ser jagħti flus bħala premju iżda wkoll jagħti opportunita lir-rebbieħ u l-finalista li jipparteċipa għal sentejn fit-Tour Prinċipali tal-isnooker.
Il-kampjonati se jibdew nhar l-Erbgħa 14 ta’ Marzu u se jintemmu fl-24 ta’ Marzu. 180 plejer minn 25 pajjiż differenti se jkunu qed jieħdu sehem f’ diversi kategoriji fosthom il-kategorija tan-Nisa, il-kategorija tal-Anzjani u l-kategorija Mħallta. L-avveniment se jintlagħab fuq 14-il mejda. Malta se tkun qed tipparteċipa fil-kategoriji tal-Anzjani u Mħallta, kif ġej. L-avveniment se jkun sponsorjat mill-Oracle Casino li hija sussidjarja tad-Dolmen Hotel.
Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kienu membri eżekuttivi tal-WSF, Nigel Mawer, il-viċi-president, u Maxim Cassis, is-segretarju ġenerali.