Id-diska Despacito qed tibqa’ tiddomina l-aħbarijiet, iżda din id-darba fuq nota differenti hekk kif il-Malasja pprojbixxiet din id-diska milli tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni.
Din id-diska li hija l-aktar diska li ndaqqet fi żmien qasir, xejn ma niżlet għasel mar-residenti tal-Malasja u rċeviet kritika dwar il-lirika dan għaliex il-maġġoranza tal-popolazzjoni hija Musulmana u tqies il-lirika tad-diska bħala waħda offensive.
Il-projbizzjoni tapplika biss għall-istazzjonijiet tal-istat u mhux dawk privati li jiddeċiedu huma xi jxandru. Dan spjega il-Ministru tal-Komunikazzjoni u l-media tal-pajjiż.