L-istilista tax-xagħar u maħbub ta’ George Michael, Fadi Fawaz, stqarr li kienu hu li sab il-ġisem bla ħajja tal-istilla fix-xena mużikali. Qal ukoll li qatt mhu se jieqaf jiftakar fih.
Dan kollu għamlu permezz ta’ Twitter, fejn Fawaz irrakkonta kif sab lil Michael mejjet fis-sodda fid-dar tiegħu f’Goring-on-Thamses, Oxfordshire, dakinhar tal-Milied. Il-mewt tal-kantant ta’ 53 sena mhix qed titqies bħala waħda suspettuża.
Il-kantant kellu pnewmonja fl-2012 u issielet kontra l-vizzju tax-xorb tul ħajtu kollha. Hu mifhum li miet b’attakk tal-qalb.