Wara tliet snin li bdew il-proċeduri fil-Qorti fil-konfront ta’ żewġ ulied tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo qalet li mhux sew li l-akkużati jibqgħu jidru fil-Qorti iżda l-ebda evidenza ma tiġi ppreżentata.
F’dan il-każ dwar ħasil ta’ flus u frodi hemm mixlija Louisa Dalli, Claire Gauci Borda u erba’ barranin.
L-Ispettur Hubert Cini, li reċentement ħa f’idejh il-Prosekuzzjoni kien talab lil-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sabiex jgħaddulu kopja ta’ dokument partikolari li kien se jidher bħala evidenza fix-xhieda.
Minkejja dan, l-ebda dokument ma deher fil-kumpilazzjoni tal-evidenza u dan wassal għal dak li qalet il-Maġistrat.