Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kellha tirrikuża ruħha fil-każ kontra erba’ Libjani mixlija b’ħasil ta’ flus u li kienu jgħaddu ammonti kbar ta’ flus mill-ajruport.
L-avukati tal-akkużati nnutaw li l-Maġistrat hija l-istess Maġistrat involuta fl-inkjesta tal-istess akkużati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-avukati qalu li jekk se tippresedji l-każ, il-Maġistrat l-ewwel trid ittemm din l-inkjesta.
Intqal ukoll li għad hemm xi persuni bil-police bail, u b’hekk l-inkjesta għadha mhiex konkluża.