Żewġt aħwa mill-Kalkara tpoġġew taħt ordni ta’ trattament wara li affaċċjaw akkużi li serqu ħadid minn sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid, nhar il-Ġimgħa li għadda.
Fil-Qorti, Allan Grima ta’ 38 sena ammetta, u l-Qorti tatu l-ordni ta’ probation u trattament.
Ħuh, Gilmour Grima ta’ 25 sena wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali ta’ sebat elef ewro.
Fil-Qorti ntqal kif l-aħwa għandhom problema bil-vizzju tad-droga.