Żagħżugħ u żagħżugħa li għandhom bejn is-sittax u t-tmintax-il sena, li kien nstabu ħatja li serqu mobile minn ristorant fir-Rabat Għawdex u kissruh, ingħataw libertà kkundizzjonata bil-kundizzjoni li dawn ma jwettqux reat ieħor fi żmien tliet snin.
Huma ġew ordnati wkoll iħallsu tal-ħsarat li kkaġunaw fuq il-mobile fi żmien sitt xhur fejn il-ħsara totali hija stmata li tammonta għal tmien mija u ħamsa u għoxrin ewro.
Fil-Qorti t’Għawdex, l-ġuvni tenna kif huwa ma kellux impjieg u esprima x-xewqa li jaħdem fis-snajja.
Kien għalhekk li l-Maġistrat Joe Mifsud ssuġġerilu jitħarreġ f’dan is-settur fl-MCAST.
Il-Maġistrat wissa liż-żgħażagħ sabiex dawn ipoġġu moħħhom hemm u jistudjaw għaliex b’hekk jista’ jkollhom future aħjar.