Brian Tonna fi stqarrija rrefera għad-deċiżjoni tal-Maġistrat Aaron Bugeja ilberaħ, wara li Simon Busttil, wieħed mill-kapijiet tal-Oppożizzjoni, ħa passi fil-konfront tiegħu u taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Dan f’pass li sar wara li ma seta jressaq ebda prova dwar l-allegazzjonijiet fuq Egrant u mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat.
Brian Tonna qal li r-rapporti li l-Maġistrat sab biżżejjed evidenza għal investigazzjoni kriminali fil-konfront tiegħu u ta’ Schembri huma foloz u żbaljati.
Il-Maġistrat lanqas biss evalwa l-evidenza, aħseb u ara kemm seta’ jagħmel xi tip ta’ sejba fattwali…lanqas waħada preliminari.
Il-Maġistrat, qal Tonna, sempliċement sab li l-allegazzjonijiet huma fil-fatt allegazzjonijiet. U jekk dawn jiġu ipprovati biss, tkun tista’ ssir il-konklużjoni li saret xi ħaġa hażina.
Brian Tonna ċaħad kategorikament l-akkużi ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus. “Huma kompletament bla bażi” temm jgħid.
L-avukat ta’ Keith Schembri quddiem il-Qorti lbieraħ qal li Schembri jrid li ssir l-investigazzjoni sabiex toħroġ il-verità.