Wara xhur rikoverat l-isptar Mater Dei, il-Maġistrat Joe Mifsud irritorna lura fl-awla għas-seduti tal-Qorti.
F’Lulju li għadda huwa ħareġ mill-isptar fejn kien ilu jirċievi l-kura għal madwar 5 xhur u kompla l-irkupru tiegħu mid-dar.
Il-Maġistrat Mifsud qatta’ żewġ perjodi fl-isptar u b’kollox dam 169 jum jingħata l-kura l-isptar.
Huwa ħareġ għal ftit fejn iltaqa’ wkoll mal-Papa Franġisku waqt iż-żjara tiegħu f’Malta.
Mifsud se jkun qiegħed ikompli bil-viżti tiegħu fl-Isptar biex ikompli jingħata l-attenzjoni medika li għandu bżonn.
Illum huwa rritorna biex jisma’ l-kumpilazzjonijiet jiġifieri s-seduti fejn jitressqu l-provi.
Marija Mifsud, il-mara tiegħu, f’kumment li tat lil ONE News irringrazzjat lil dawk in-nies kollha li offrew l-għajnuna tagħhom f’dan iż-żmien diffiċli u qalet li ndunat kemm il-Maltin għandhom qalb kbira.