“Il-brijju importanti, il-logħob tan-nar importanti, l-aqwa marċ importanti iżda ma ninsewx inżommu quddiem għajnejna li qed niċċelebraw il-festa ta’ Santa Katarina u ma ninsewx is-sinifikat tagħha.”
Dan kien il-messaġġ tal-Maġistrat Joe Mifsud, li bħala membru Onorarju tas-Soċjetà Mużikali Beland xtaq iwassal lill-membri, partitarji u segwaċi tal-istess għaqda, waqt li kien f’sodda l-isptar.
Fil-messaġġ tiegħu spjega kif wara sentejn pandemija, u nuqqas ta’ festi, xtaq ħafna li jingħaqad ma kulħadd għall-festa li tant jistennew bosta iżda sfortunatament mhux se tkun possibbli. Dan hekk kif ilu madwar 133 jum l-isptar.
Fil-messaġġ tiegħu ħeġġeġ lil kulħadd biex jiċċelebra din il-festa, iżda li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu s-sinifikat tal-istess festa biex b’hekk ma jintilifx.