Il-Maġistrat Gabriella Vella, li qed tmexxi inkjesta maġisterjali b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet, ma laqgħetx it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tirrikuża ruħha.
Dr Muscat kien talab lill-Maġistrat Inkwirenti tirrikuża ruħha fejn argumenta li kien hemm leaks kontinwi mill-inkjesta li qed tmexxi u spjega kif qraba tal-Maġistrat ippromowvew propoganda ta’ min talab l-inkjesta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kitba fuq facebook Dr Muscat qal li wara li l-Maġistrat injorat it-talbiet tiegħu biex jixhed, kien issa biss li eskalat is-sitwazzjoni li l-Maġistrat qed tikkunsidra t-talbiet tiegħu.