Il-Magistrat Dr Aaron Bugeja f’digriet li ta llum fuq rikors tal-Kap tal-Oppozizzjoni, rega’ bagħat it-tieni każ li mar bih għand maġistrat ieħor.
Bħal ma ġara fl-ewwel każ, il-Kap tal-Oppożizzjoni mar b’dak li sejjaħ evidenza li ma għandha xejn x’taqsam mal-gidba dwar Il-Prim Ministru u l-familja tiegħu. Għalhemm ma kellu qatt imur għand il-Maġistrat li investiga l-każ Egrant.
Il-Magistrat wissa’ wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu mezzi oħra flok irrikorra b’rapport għand il-Magistrat.
Dan jikkonferma li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed biss jilgħab għall-hin biex jipprova jgħatti l-gideb tiegħu stess.
Meta Simon Busuttil reġa’ mar għand il-Maġistrat Bugeja il-ġurnalisti kienu baqgħu mistgħaġba u staqsew dwar dan.