Maġġoranza kbira ta’ 90.2% tat-tobba regġistrati f’Malta huma kontra l-introduzzjoni tal-ewtanażija.
Meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, Dr Jurgen Abela, li huwa lettur amnzjan fl-Università, qal li dan joħroġ minn stħarriġ li għamlu riċerkaturi mill-Malta Medical Journal.
Fis-survey ħadu sehem 39.3% ta’ 1,007 tabib. Minnu ħareġ ukoll li 11.9% tat-tobba kellu talbiet minn pazjenti li kellhom mard terminali biex itgemmu ħajjithom. Fl-ewropa, talbiet bħal dawn ilaħħqu bejn 34 u 71%.
Minn naħa l-oħra, instab li ħafna mit-tobba jaqblu li jżommu kura li tkun qed tingħata għal xejn jew li jagħtu dożi żejda ta’ mediċuina bħall-morfina biex itaffulhom l-uġigħ, anke jekk dan jista’ jnaqqas il-ħajja tal-pazjent.
Fl-esperjenza tat-tobba, l-amministrazzjoni tajba ta’ miżurti palljattivi wasslu biex naqsu t-talbiet mill-pazjenti għall-ewtanasija.
Dr Abela spjega li deċizjoni mediċi ta’ din ix-xorta mhumiex meqjusa bħala ewtanażija għax huma intiżi biex inaqqsu l-uġiegħ u mhux biex iwasslu għal mewt malajr. Huwa tenna li l-pubbliku jeħtirġ jiġi mgħallem aktar dwar id0differenza bejn dawn iż-żewġ affarijiet.