Il-maġġoranza tal-persuni pożittivi għall-Covid-19 li qegħdin l-isptar, jinsabu hemm għall-raġunijiet oħra, u mhux qegħdin ibatu minn kumplikazzjonijiet relatati mal-Covid-19.
Dan stqarritu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mat-Times.
Il-Professur Gauci spjegat li minħabba li l-Covid-19 fil-komunità ra żieda, minħabba l-varjant Omicron, huwa aktar possibbli li meta wieħed jidħol l-isptar minħabba kundizzjoni oħra, dan ikun pożittiv għall-Covid-19.
“With such a high prevalence, it is expected that you will find someone who is positive at that stage. So we have some people in hospital who are cared for because of their Covid complications, however, we have other people who are cared for for their other conditions, but they were found to be positive.”
Hija spjegat li kull persuna li jidħol għal kura mill-isptar ikollu jagħmel test għall-Covid-19, u jekk din tinstab li hija pożittiva, hija tinżamm fl-isptar.
Il-Professur Gauci tenniet li dan ifisser li l-isptarijiet qed jaraw inqas nies ibatu minn kumplikazzjonijiet relatati mal-Covid-19, u dan huwa possibbli biss minħabba l-vaċċin, li jkompli jissaħħaħ permezz tad-doża tal-booster.
“If you look at the general picture, and compare it even the high numbers that we have right now and compare it with what we had previously when we did not have the vaccines, the difference is very startling”
Mat-Times, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika sostniet ukoll li persuni li nstabu li huma pożittivi għall-Covid-19 mhux se jibqgħu jirċievu ittra oħra dwar il-perjodu ta’ kwarantina iżda se jirċievu biss il-komunikat li huma ttestjaw fil-pożittiv għall-virus.