Studju li għamel il-Ministeru għall-Edukazzjoni juri biċ-ċar li l- maġġoranza tal-istudenti Maltin huma kuntenti bis-sistema ko-edukattiva f’Malta. Fl-Istess waqt l-għalliem saħħqu li draw din is-sistema u kuntenti bil-mod kif l-istudenti qed jirrispondu għaliha.
Dan kollu ntqal waqt konferenza stampa l-Ġimgħa filgħodu li sejjaħ il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.
Wara stħarriġ li sar mill-Ministeru għall-Edukazzjoni fuq madwar 3000 student,ġenitur u għalliem tal-iskola sekondarja juri li l-istudenti huma iktar kuntenti u draw tajjeb is-sistema ko-edukattiva f’Malta għas snin tal-iskola sekondarja.
46% tal-għalliema saħħqu li l-introduzzjoni tal-edukazzjoni ko-edukattiva ma għamlet ebda differenza f’dak li l-istudenti iroddu lura lill-iskola bħala xogħol, u ħamsin fil-mija qalu li ma ħassew ebda differenza anke fil-mod kif għandom jgħallmu.
Mir-riżultati tal-istudenti jidher li il-maġġoranza huma kuntenti bil-mod kif qed jipparetċipaw fl-iskola u bis-sitwazzjoni edukattiva preżenti. Kienu 24% biss tal-għalliema li saħħqu li l-istudenti ma marrux tajjeb daqs kemm antiċipat fl-istudji akkademiċi
L-Istħarriġ sar f’April li għadda u issa qegħdin jitressqu r-riżultati quddiem l-għalliema biex jiġi kkunsidrat dak li l-istudenti qalu li iridu li jitjieb fl-iskejjel. L-Ikbar ilment tat-tfal kien kif l-uniformijiet tal-iskola huma wisq formali u mhux prattiċi, u li jixtiequ li tittieħed iktar azzjoni dwar il-kwistjoni allarmani ta’ bullying fl-Iskejjel.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/Coed-Report-Final-3.pdf”]
Il-Prinċipal tal-kulleġġ Santa Klara, Maria Ciappara, innutat l-importanza li it-tranżizzjoni bejn il-Middle Schools u s-Senior Schools, jiġifieri dik ta’ bejn it-tieni u t-tielet sena sekondarja, għandha tkun waħda koperattiva bejn il-Kapijiet biex ikun assigurat it-trankwilita’ tal-istudent.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li l-ikbar sfida tibqa dejjem id-dixxiplina tal-istudent. Minkejja riżultati daqshekk pożitivvi, student jirritalja meta b’mod kontinwu qed jieħu edukazzjoni f’suġġet li ma jinteressahx, u allura hemm bżonn ta’ introduzzjoni ta’ mezz ta’ tagħlim iktar flessibbli, u anke azzjonijiet immedjati jekk student jikser ir-regoli tal-iskola.