Fl-2014, 2.1 miljun persuna kienu għalliema tal-primarja fl-Unjoni Ewropea. Statistika ppublikata mill-Eurostat turi kif 85% ta’ dawn l-għalliema, jiġifieri 1.7 miljun, kienu nisa.
L-istampa ma tantx hi differenti meta nitkellmu dwar għalliema li jgħallmu f’livell sekondarju, hekk kif 64% ta’ dawn l-għalliema kienu wkoll nisa.
0.2 miljun għalliem tal-primarja li jaħmdu fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandhom taħt it-30 sena filwaqt li 32%, jiġifieri madwar 0.7 miljun għandhom ‘il fuq minn 50 sena.
Din l-istatistika turi wkoll kif fl-2014, 85.8% tal-għalliema tal-primarja f’pajjiżna kienu nisa filwaqt li 14.4% kienu rġiel. 12.3% ta’ dawn l-għalliema kellhom 50 sena jew aktar. Meta wieħed jitkellem dwar għalliema f’livell sekondarja f’Malta, 64.4% kienu nisa filwaqt li 35.6% kienu rġiel.
Il-Eurostat ippublikat din l-istatistika fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-għalliema li se jiġi ċċelebrat għada, 5 ta’ Ottubru.