Aktar minn ħamsin fil-mija tal-entitajiet involuti fis-servizzi finanzjarji ħadu azzjonijiet lejn il-qalba diġitali, biex ikunu aktar qrib il-konsumaturi b’mod diġitali.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar f’Lulju li għadda mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA; stħarriġ li sar fost 390 entità fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
Fost l-aktar servizzi li għażlu dawn l-entitajiet tas-servizzi finanzjarji sabiex jagħmlu l-qalba diġitali kien hemm dak ta’ applikazzjonijiet tal-web browser u fuq il-mobile.
Minn dan l-istħarriġ mill-MFSA ħareġ li r-raġunijiet għaliex dawn l-entitajiet tas-servizzi finanzjarji għamlu din il-qalba diġitali kienu sabiex ikunu aktar effiċjenti u jkabbru l-esperjenza tal-konsumatur, fost oħrajn.