Għaddew kważi sentejn mindu l-bandiera Brittanika perpret għall-aħħar darba fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, biex ir-Renju Unit jibda kapitlu ġdid indipendentament mill-istati membri. Dan kien sar wara li fl-2016, il-maġġoranza tal-Brittaniċi kienu vvutaw favur Brexit.
Iżda, donna l-folja qed tinqeleb.
Sħarriġ li għamlet il-gazzetta Ingliża The Independent, sab li 65% jixtiequ li jsir vot ieħor dwar Brexit. Dan in-numru ta’ nies żdied b’10% f’sena.
Ir-Renju Unit bħalissa qed jikkumbatti kriżijiet ekonomiċi fost oħrajn; fil-fatt, 56% taċ-ċittadini Brittaniċi jemmnu li tluq mill-Unjoni Ewropea tefa’ lura lill-eknomija tagħhom. Sa sena ilu, kienu 44% tan-nies fir-Renju Unit li kienu jemmnu dan.
L-istess stħarriġ juri wkoll li l-maġġoranza tan-nies (54%) jixtiequ li jerġgħu jissieħbu mal-Unjoni Ewropea. In-numru ta’ nies b’din ix-xewqa żdied b’tmien punti perċentwali meta mqabbel mas-sena l-oħra.