Ammont inkwetanti ta’ adulti madwar l-Ewropa qed isegwu stil ta’ ħajja li hija ta’ dannu għal saħħithom, u qed ipoġġu lilhom infushom f’riskju.
Dan ħareġ minn studju li sar fl-Ingilterra, li kkonferma li disgħa minn kull għaxar persuni għandhom minn tal-anqas vizzju wieħed bħat-tipjip, jew konsum ta’ ikel mhux tajjeb għas-saħħa, li qed ikollu effett negattiv fuq is-saħħa fiżika tagħhom.
L-istudju sar fuq diversi adulti Ewropej, li l-maġġoranza tagħhom għandhom il-vizzji tat-tipjip, tax-xorb, jieklu anqas minn ħames porzjonijiet ta’ frott u ħaxix kuljum, u ma jagħmlux ħafna eżerċizzju fiżiku.
Nofs l-adulti mistħarrġa għandhom tnejn jew aktar minn dawn il-vizzji, iżda jidher li dawn huma lesti jibdlu l-istil tal-ħajja tagħhom.
Fl-2017, aktar minn 7,000 persuna fl-Ingilterra biss mietu kawża ta’ konsum eċċessiv tal-alkaħol. Din hija l-ogħla rata mill-2008 s’issa.