40% tal-professjonisti jqisu l-WI-FI aktar importanti mis-sess. Dan skont rapport li ħarġet il-kumpanija Amerikana iPass Mobile Professional.
F’dan is-survey, li huwa bbażat fuq 1,700 persuna, kienu biss 37% li qalu li s-sess huwa bżonn essenzjali fil-ħajja ta’ kuljum.Dan l-istudju kixef ukoll li 14% jqisu saħansitra ċ-ċikkulata bħala aktar importanti mis-sess filwaqt li 9% jagħżlu l-alkoħol.
75% qablu li l-WI-FI tejjeb il-kwalitá tal-ħajja tagħhom hekk kif permezz tiegħu jistgħu jaħdmu minn kullimkien u jikkommunikaw aktar faċilment ma’ dawk għeżież għalihom.