Il-mafja hija fenomenu globalizzat hekk kif l-influwenza tagħha qed tinxtered lejn pajjiżi oħra Ewropej.
Dan qalu Giuseppe Governale, il-kap tat-taqsima investigattiva tal-Italja kontra l-mafja li fisser kif din mhijiex biss biss problema Taljana.
Governale qal li l-Calabrian mob magħrufa bħala ‘Ndrangheta hija sottovalutata minkejja li hija organizazzjoni ferm b’saħħitha.
Huwa rrikonoxxa wkoll li Cosa Nostra ta’ Sqallija dejjem kienet preżenti fl-Istati Uniti, l-Kanada u l-Awstralja.