Id-Djoċesi t’Għawdex bħalissa tinsab f’pellegrinaġġ djoċesan fl-Art Imqaddsa, fejn aktar minn 150 pellegrin ingħaqad mal-Isqof Mario Grech u l-patrijiet Franġsikani biex jaraw b’għajnejhom l-postijiet fejn għix Kristu.
Xi ħaġa tassew mill-isbaħ li saret u li wkoll kienet il-qofol ta’ dan il-pellegrenaġġ hi l-inawgurazzjoni tax-xbieha tal-mużajk tal-Madonna Ta’ Pinu fis-Santwarju tat-tħabbira tal-Mulej f’Nazaret. Din ix-xbieha ġiet maħduma mis-saċerdot Għawdxi Roberto Gauci u l-kollegi tiegħu tal-grupp Eikon.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Djoċesi ta’ Għawdex, ‘Diocese of Gozo’, itella’ filmat tal-Eċċellenza tiegħu Mario Grech iġedded il-wegħdiet tal-magħmudija fix-xmara Jordan.
L-Isqof flimkien mal-pellegrini iltaqgħu wkoll mas-Sindku ta’ Betlehem Anton Salman.
Preżenti mal-pellegrini hemm il-Maġistrat Joe Mifsud.