L-artist żagħżugħ Għawdxi Manwel Farrugia jinsab fl-aħħar fażi tar-restawr tal-istatwa tal-Madonna ta’ Kemmuna.
L-istatwa tissimbolizza lil Qalb ta’ Marija imma hija magħrufa bħala Santa Marija. L-elementi naturali għamlu ħsara fil-kulur tal-istatwa.
L-istatwa kienet mogħtija mill-Kaptan Chares Vassallo b’ringrazzjament.
Il-festa ta’ Kemmuna se tkun iċċelebrata 19 u 20 ta’ Awwissu fejn kumitat immexxi minn Silvio Buttigieg ħejja programm għall-okkażjoni. Il-festa ta’ Kemmuna reġgħet bdiet issir bl-appoġġ tal-Ministru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem.
Il-Ministru għal Ghawdex Anton Refalo kien strumentali biex isir ir-restawr tal-istatwa.