Parti mill-istorja tal-Port il-Kbir, il-bastjun ikoniku tal-Isla, magħruf bħala l-Maċina, jinsab fl-istadju finali tar-restawr u r-rinnovazzjoni t
Wara ġimgħat ta’ tħejjija, l-installazzjonijiet ta’ dawl kreattiv diġà ttrasformaw il-faċċata tal-binja storika tal-Maċina fi storja mdawla. Dan sar permezz tal-użu ta’ teknoloġija ġdida tad-dawl li jkompli jenfasizza l-prestiġju ta’ din il-binja arkitettonika storika.
Għal sekli sħaħ, peress li kien inbena fl-1554 matul ir-renju tal-Gran Mastru Claude de la Sengle, ix-Sheer Bastion, kif kien magħruf fi żmien l-Ingliżi, kien wieħed mill-aspetti viżivi tal-Port il-Kbir ta’ Malta. Il-Maċina kisbet dan l-isem mill-istruttura ta’ krejn kbir, li kien jintuża biex itellgħu kif ukoll iniżżlu l-arbli tal-bastimenti u merkanzija tqila oħra. Mill-
Issa, għal darb’oħra, il-Maċina se terġa’ tieħu l-ħajja imma b’funzjoni differenti: akkomod
It-teknoloġija LED tal-lum isservi biex jinkisbu ir-riżultati mixtieqa peress li dawn l-effetti tad-dawl ma kinux possibbli li jsiru qabel b’ dawl konvenzjonali.
L-aspett l-ieħor ta’ dan il-proġett tad-dawl kien li tkun enfasizzatal-parti moderna tal-Maċina, imsejħa l-Annex. Dan sar b’mod sottili biex jinżamm l-istat storiku tiegħu. Id-disinn arkitettoniku ġdid tat-twieqi, li għandhom qafas tal-azzar madwarhom, għen biex jistabbilixxi l-kunċett ideali li kien li jdawwal il-perimetru madwar dawn it-twieqi.
Mistoqsi dwar il-potenzjal tal-proprjetà, il-Kap Eżekuttiv ta’ IBB Hotel Collection Vladimir Saal qal: “Cugó Gran – Maċina Grand Harbour tgawdi minn post storiku meraviljuż. Meta jidlam, id-dawl mill-isbaħ tal-faċċata se jkun karatteristika oħra ta’ merħbagħall-vjaġġatur distint li jkun qed ifittex esperjenza memorabblif’Malta. Fl-istess waqt, se nkunu qed nippreżentaw bl-aħjar mod dan il-ġojjell arkitettoniku li kien minsi fil-Port il-Kbir maestuż ta’ Malta.”