Il-Lussemburgu qed tħares lejn Malta bħala eżempju dwar il-proċess tat-tilqim sabiex tara kif tista’ tħaffef il-kampanja tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19.
Qalet dan il-Ministru għas-Saħħa tal-Lussemburgu, Paulette Lenert, fejn spjegat kif dan kollu jiddependi fuq il-provvista li għandu l-pajjiż.
Spjegat kif il-ħeffa fil-proċess tal-kampanja tal-vaċċinazzjoni f’Malta, li hi l-ogħla fl-Unjoni Ewropea, kienet waħda sorprendenti.
Filwaqt li l-Lussemburgu qed tagħti seba’ tilqimiet għal kull mitt persuna, Malta qed tagħti 21 tilqima għal kull mitt persuna.
Dan ifisser it-tripplu.