Hekk kif il-bdoti tal-Air Malta llum bdew jaħdmu taħt id-direttiva ‘work to rule’ hekk kif fl-aħħar jiem l-assoċjazzjoni tal-bdoti; l-ALPA; rrifjutat laqgħa mal-amministrazzjoni tal-Air Malta fi tmiem dan ix-xahar. L-Assoċjazzjoni tas-sidien tar-restoranti u l-lukandiera, l-MHRA appellat lil Assoċjazzjoni tal-Bdoti, l-ALPA għal kawtela.
Fi stqarrija l-MHRA sostniet li l-ALPA m’għandhiex tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali li jistgħu jxekklu r-ritmu ekonomiku li qabad pajjiżna fis-settur turistiku. Żiedet tgħid li kull azzjoni li b’xi mod tista’ itappan is-suċċess turistiku li nkiseb b’tant ħidma hija inaċċettabli għall-MHRA.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li l-ALPA għandha tuża l-argumenti tagħha biex isostni l-kwistjonijiet li għandha mal-kumpanija tal-ajru. Sadanittant l-MHRA appellat ukoll lill-amministrazzjoni tal-Air Malta biex issib mezz u tiltaqa’ mal-assoċjazzjoni tal-bdoti.
L-ALPA ordnat l-azzjoni industrijali tal-Work to Rule fil-jum li l-ajruport internazzjonali ta’ Malta huwa l-aktar attiv, b’numru ta’ titjiriet qed jitilqu jew jaslu f’pajjiżna