9.7% u 11.6%. Dawn kienu ż-żidiet fin-numru ta’ wasliet u iljieli li għaddew it-turisti fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni f’pajjiżna meta wieħed iqabbel Marzu ta’ din is-sena ma’ Marzu tas-sena li għaddiet.
Dan kien it-tielet xahar konsekuttiv, din is-sena, li matulu kienet irreġistrata żieda f’dan is-settur bi żjara medja ddum ftit iktar minn ħames iljieli.
Dan ifisser ukoll li t-total ta’ persuni li marru f’xi stabbiliment ta’ akkomodazzjoni f’pajjiżna telgħu għal 293,768. Żieda ta’ 6.4% fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet. L-iljieli żdiedu għal miljun u nofs wara żieda ta’ 7%.