Hekk kif il-lukandi kollha tul l-aħħar kwart tas-sena 2016 raw titjib, kienu l-lukandi ta’ tliet stilel li raw l-akbar titjib. Dan hekk kif stħarriġ ippreżentat mill-Assoċjazzjoni għall-Lukandieri u r-Ristoranti bl-isem ta’ Tourism Performance Survey wera żieda ta’ 39% f’turisti li qattgħu lejl f’xi tip ta’ akkomodazzjoni fl-istess perjodu ta’ żmien.
L-istess stħarriġ wera li kien hemm żieda ta’ 5.9% fl-ammonti ta’ ljieli li turisti qattgħu f’Malta f’xi akkomodazzjoni kollettiva.
Ħareġ ukoll li l-lukandi kollha esperjenzaw profittabilità ħafna ikbar meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel.