Il-linja tal-ajru Lufthansa qalet li, fil-jum tal-Erbgħa, se jkollha tħassar kważi t-titjiriet kollha tagħha minn Frankfurt u Munich fil-Ġermanja.
Dan se jsir minħabba strajk mill-ħaddiema taż-żewġ ajruporti. Din l-azzjoni se tkompli żżid il-kaos f’aktar ajruporti Ewropej f’xhur impenjattivi ferm għas-settur turistiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija, il-Lufthansa qalet li se jitħassru madwar elf titjira, filwaqt li se jiġu affetwati mija u erbgħa u tletin elf passiġġier.
L-unjin li tirrappreżenta lil madwar għoxrin elf ħaddiem li qed jistrajkjaw, qed titlob żieda ta’ tliet mija u ħamsin ewro fix-xahar.