Bejn it-28 u l-31 ta’ Marzu li ġej, il-logħob tal-Kampjonat Malti, it-360 Sports Malta Premier se jintlagħbu fil-gżira
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u ċ-Chairman tal-Kampjonat Malta Limited Alan Abela.

Abela qal li dawn il-partiti huma minn Match Day 27 tal-Kampjonat, li jaħbtu wkoll parti mill-aħħar programm qabel it-timijiet jinqasmu bejn l-aqwa u l-aħħar 6.
Il-logħbiet f’dan il-long weekend se jkunu hekk:
- Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu fit-8pm: Gżira United kontra Balzan;
- Is-Sibt 29 ta’ Marzu fis-2pm: Floriana kontra Hibernians;
- Is-Sibt 29 ta’ Marzu fil-5pm: Żabbar kontra Mosta;
- Il-Ħadd 30 ta’ Marzu fis-2pm: Sliema Wanderers kontra Birkirkara;
- Il-Ħadd 30 ta’ Marzu fil-5pm: Melita kontra Marsaxlokk;
- It-Tnejn 31 ta’ Marzu, f’jum ta’ festa pubblika, fit-3pm: Ħamrun Spartans kontra Naxxar Lions.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clint Camilleri qal li hemm ħafna Għawdxin isegwu l-kampjonat tal-futbol Malti u sostna li ċertament, li ħafna dilettanti tal-futbol f’Għawdex se jkunu qed isegwu mill-qrib dawn il-partiti.
Intqal li għad-dilettanti Maltin, din l-esperjenza se tkun differenti, waqt li jgawdu l-gżira Għawdxija f’dan il-long weekend.
