Persuna li ħajjitha nħakmet mill-vizzju tal-logħob irrakkontat l-esperjenza tagħha fejn waqt ONE Breakfast sostniet li dan il-vizzju saħansitra wassalha biex issawwat persuni li kienu għal qalbha.
L-istess persuna sostniet li kienu diversi problemi li hi għaddiet minnhom minħabba dan il-vizzju kiefer, fosthom ir-rabja kbira li kien ikollha u kif ukoll l-ammonti kbar ta’ flus li kienet tonfoq. Din il-persuna spjegat kif illum il-ġurnata tħoss li hi vera fortunata hekk kif issa ħarġet minn dan il-vizzju li ddeskrivietu bħala esperjenza mill-agħar.
L-appell tagħha kien li wieħed m’għandu qatt jibda, lanqas jekk jibda b’ċuċata żgħira, għax dan jaf iservi għal gwaj kbir.