“Flok jipprova jġiegħel lill-Gvern jindaħal fi proċessi ta’ awtoritajiet indipendenti jkun aħjar li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina jiddikjara x’inhi l-pożizzjoni tal-partit tiegħu.”
Dan qalu l-Partit Laburista b’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina, li fiha kritika l-pożizzjoni tal-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera li ingħaqad mar-residenti ta’ Pembroke li nġabru biex isemmgħu leħinhom kontra l-proġett ta’ skola kbira f’Pembroke.
Iżda l-Partit Laburista spjega kif il-Partit Nazzjonalista hemm jibqa’ gallarija u qed jikritika minkejja li l-pożizzjoni tal-PN dwar din l-art ħadd ma jafha fil-fatt, ħadd mill-Oppożizzjoni ma ntlemaħ fl-attivita’ li organizzaw ir-residenti.
Għalhekk il-Partit Laburista qal li “Kif taf sew tajjeb l-Oppożizzjoni, il-logħob għall-gallarija ma jimpressjona lil ħadd.