Minn informazzjoni li ta fil-Parlament, il-Ministru ghas-Sahha, Chris Fearne, sar magħruf li l-lista ta’ stennija ghall-operazzjoni tal-kataretti naqset b’71% minn kif kienet fl-2012.
Taħt amministrazzjoni preċedenti, pazjent kien jistenna medja ta’ tliet snin għall-operazzjoni tal-kataretti, filwaqt li llum pazjent jistenna madwar erba’ xhur għall-istess proċedura.
Fil-preżent hemm 1,039 pazjent jistenna biex issirlu operazzjoni tal-kataretti.