Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, magħruf bħala d-DIER, se jżomm b’mod permanenti n-numri ta’ assitenza 1575 u 1576, li kienu ġew varati fi żmien il-pandemija.
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, waqt żjara li għamel fl-uffiċini ta’ dan id-dipartiment fil-Belt.
Huwa fakkar li fl-elfejn u għoxrin, fissena meta l-pandemija kienet fl-eqqel tagħha, daħlu madwar 45,000 telefonata, flimkien ma’ eluf ta’ emails li rċieva dan id-dipartiment.
Dan bis-servizz baqa’ jintuża bil-kbir mill-ħaddiema u minn min iħaddem, anki s-sena li għaddiet, meta daħlu madwar 30,000 telefonata għand dan id-dipartiment.
Qal, “Dawn ħadmu tajjeb waqt il-pandemija biex tajna informazzjoni kemm lill-ħaddiema u kemm lil min iħaddem. Niftakru l-pandemija kif bidlet id-dinja tax-xogħol u allura n-nies kellhom jirrikorru biex jieħdu parir dwar id-drittijiet tagħhom, dwar l-obbliġi tagħhom. Allura issa, ġaladarba dan il-proġett pilota ħadem – ħadem fl-iktar żmien meta l-pajjiż kellu bżonn – issa d-dipartiment iddeċieda li jestendih b’mod permanenti.”
Intant, tħabbar ukoll li d-DIER nieda sit elettroniku ġdid.
Is-sit, bl-isem ta’ postedworkers.gov.mt, jgħin lil dawk il-ħaddiema li jiġu minn barra minn Malta sabiex jaħdmu f’pajjiżna għal perjodu qasir.
Dan is-sit innovattiv għandu filmat li jgħin lil wieħed jagħraf x’għandu jagħmel qabel u meta jiġi jaħdem hawn Malta. Id-DIER qed jaħdem sabiex dan is-sit elettroniku jkun disponibbli f’aktar lingwi sabiex jilħaq lill-aktar nies.