Il-linja tal-ajru Awstraljana Qantas lestiet proċess ta’ ttestjar fuq l-itwal titjira tal-passiġġieri bħala parti minn riċerka dwar kif il-vjaġġ jista’ jaffettwa lill-bdoti, lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-passiġġieri.
L-ajruplan tat-tip Boeing 787-9 ħa lid-49 passiġġier abbord fuq titjira ta’ 19-il siegħa u 16-il minuta minn New York għal Sydney, fuq rotta ta’ 16,200 kilometru.
Ix-xahar id-dieħel, il-linja tal-ajru qed tippjana li tittestja titjira dirett minn Londra għal Sydney.
Imbagħad Qantas mistennija tiddeċiedi jekk hux se tibda dawn ir-rotot sal-aħħar tal-2019.
Jekk dan is-seħħ, is-servizzi jidħlu fis-seħħ fl-2022 jew fl-2023.