L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta llum laqa’ lil-linja tal-ajru LOT Polish li se tibda toffri servizz skedat ta’ darbtejn f’ġimgħa matul ix-xhur tas-sajf lejn il-kapitali tal-Polonja.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ntqal li dawn it-titjiriet mill-LOT Polish ser jsaħħu I-konnettività tal-gżejjer Maltin mas-suq Pollakk, li matul dawn I-aħħar snin żied fil-popolarità tiegħu.
Tant li bejn l-2015 u l-2019 in-numru ta’ passiġġieri minn dan is-suq żdied aktar bid-doppju.
Il-Kap tal-Iżvilupp tat-Traffiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Alex Cardona esprima s-sodisfazzjon tiegħu għat-tnedija tar-rotta diretta lejn Varsavja, b’mod speċjali meta wieħed iqis li l-Polonja hija fost l-aktar destinazzjonijiet popolari tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fl-Ewropa Ċentrali.
Cardona huwa sodisfatt ukoll li LOT Polish qed tirritorna f’pajjiżna.
It-titjiriet diretti ta’ LOT Polish lejn Varsavja se jkunu kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis.
Din il-linja tal-ajru hija waħda mill-eqdem linji tal-arju bi kważi seklu ta’ operat.