F’Malta niżlet l-ewwel titjira tal-linja nazzjonali tal-ajru tal-Irlanda, Aer Lingus’ nieżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-ewwel titjira waslet permezz ta’ titjira diretta mill-kapitali Irlandiża, Dublin.
Din it-titjira l-ġdida se topera tliet darbiet fil-ġimgħa. B’dan is-servizz il-ġdid mistenni jżid it-turiżmu, anki dak ta’ kwalità.
Dwar dan is-servizz il-ġdid ikkumenta l-Kap E żekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef.
“Dawn it-titjiriet ta’ Aer Lingus ħa nkomplu nkabbru t-turiżmu mis-suq Irlandiż, li huwa suq importanti, li jrendi għal pajjiżna, kif ukoll niftħu rotot ġodda għas-suq Amerikan u s-suq Kanadiż. Fil-fatt, Aer Lingus itir għall-ħmistax-il ajruport ġewwa l-Istati Uniti, kif ukoll f’ajruporti oħra fil-Kanada.”
CARLO MICALLEF
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo sostna li dan huwa parti mill-pjan tal-Gvern li pajjiżna jkompli jatratta turisti ta’ kwalità s-sena kollha.