Avviż legali li daħal fis-seħħ mil-lum jillimita l-gruppi ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu f’proprjetajiet residenzjali privati minn erba’ gruppi li jgħixu fi djar differenti għal tnejn.
L-eċċezzjoni hija għall-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħlijiet jew jagħtu servizz fi proprjetajiet privati.
Dan filwaqt li l-miżura li ma jinġemgħux iżjed minn erba’ persuni fi grupp fil-pubbliku għadha fis-seħħ.
Dan sakemm ma jkunux persuni li jgħixu fl-istess residenza.