Reġa’ ġie arrestata Mohammed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala l-Lilu King.
Dan wara li l-Imħallef Edwina Grima laqgħet it-talba tal-Avukat Ġenerali, u rrevokat il-ħelsien mill-arrest li Lilu King ingħata l-Erbgħa li għaddiet, b’rabta mal-każ li fih jinsab mixli li ħebb għal raġel f’Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Elmushraty ġie arrestat mill-Pulizija waqt li kien qiegħed jiekol f’restorant il-Belt.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħalled Grima nnotat il-karattru tal-akkużat fejn diġà wera li ma kienx lest li josserva d-diversi kundizzjonijiet li kienu ġew imposti fuqu, fejn kien hemm ukoll biża’ li jikkommetti reat ieħor.