Il-liġi tal-klima li qed tkun diskussa fil-plenarja tal-Parlament Ewropew hija kruċjali sabiex il-kontinent Ewropew ikun ħieles mill-karbonju sal-2050.
Dan intqal mill-Viċi President tas-Soċjalisti Demokratiċi u Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli waqt konferenza stampa virtwali dwar il-plenarja tal-Parlament Ewropew.
Waqt din il-konferenza, Dalli qalet kif is-Soċjalisti qed jipproponu li l-emmissjonijiet jitnaqsu b’60% sal-2030, hekk kif spjegat kif b’dan il-mod tista’ tintlaħaq il-mira Ewropea tal-2050.