Illejla fil-Parlament gew approvati 5 abbozzi tal-liġjiet mill-istadju tat-tieni qari
Dawn jinkludu l-għażla tal-President tar-Repubblika biż-żewġ terzi, il-ħatra u t-tneħħija ta’ membri tal-ġudikatura, il-ħolqien ta’ kummisjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, emendi għal-liġi taċ-ċittadinanza u emendi kostituzzjonali oħra.
L-Oppożizzjoni vvutat kontra dawn l-abbozzi minkejja li kienet uriet li taqbel dwar uħud minnhom aktar qabel.
Dawn huma fost liġijiet li l-Prim Ministru Robert Abela wiegħed li mhux ser jibqgħu fuq il-karta u li jixdhu l-impenn tal-Gvern favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba f’pajjiżna. Ftit tal-ġimgħat ilu il-Kummissjoni Venezja prattikament laqgħat ir-riformi kollha proposti mill-Gvern Malti abbażi tar-rapport li wettqet il-Kummissjoni Venezja fl-2018.
Propju ftit tal-jiem ilu wkoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen bagħtet ittra ndirizzata lill-Prim Ministru Robert Abela fejn qalet li qed tinnota b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Gvern favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna.